DELIVERY AVAILABLE TO ALL MALTA & GOZO
Dawwar ir-rutella u iġbor kard. Irreċta jew pinġi sakemm sħabek jaqtgħu l-frażi. Ħaffef għax 30 sekonda malajr jgħaddu! Bit-tpinġija jew bil-mima garanzija ta’ tbissima! Bit-tpinġija jew bil-mima garanzija ta’ tbissima Logħba divertenti fejn il-plejers iridu jinqasmu f’timijiet u bil-mima u t-tpinġija jwasslu lil sħabhom biex jaqtgħu l-kelma jew frażi li titlgħalhom. Dan kollu fi ġlieda kontra l-ħin. – aktar minn 430 kelma jew frażi – tgħin fil-komunikazzjoni bejn il-plejers u l-kollaborazzjoni fi grupp – issaħħaħ l-attenzjoni tal-plejers u l-komunikazzjoni bejniethom biex jaqtgħu l-kelma jew frażi preżentata lilhom – logħba multisensorjali li minbarra li titħaddem it-teknika tal-assoċjazzjoni, issaħħaħ ukoll il-komunikazzjoni verbali u mhux verbali, u tħaddem bis-sħiħ is-sens tal-viżwal. – jispikka wkoll l-element kulturali Malti fl-għażla tal-kelmiet u frażijiet marbutin mat-temi rispettivi età: 7+ plejers: 4+ Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu keyword: xarpiklu, logħob bil-Malti, board games Malti, logħba bil-Malti